Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-3 ta’ Marzu 2011 – Il-Kummissjoni vs L-Italja
(Kawża C-508/09)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi – Direttiva 79/409/KEE – Derogi mis-sistema ta’ protezzjoni tal-għasafar selvaġġi”
1. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Suġġett tal-kawża - Determinazzjoni matul il-proċedura prekontenzjuża - Adattament tal-ilmenti wara l-opinjoni motivata, minħabba emenda tal-leġiżlazzjoni nazzjonali - Ammissibbiltà (Artikolu 258 TFUE) (ara l-punti 19, 20)
2. Ambjent - Konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi - Direttiva 79/409 - Implementazzjoni mill-Istati Membri - Derogi mill-projbizzjoni li jinqatlu jew li jinqabdu l-ispeċi protetti - Kundizzjonijiet - Riferiment fil-leġiżlazzjoni nazzjonali għan-nuqqas ta’ soluzzjoni oħra sodisfaċenti - Assenza - Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu (Direttiva tal-Kunsill 79/409, Artikoli 5(a) u 9) (ara l-punti 29, 30)
3. Ambjent - Konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi - Direttiva 79/409 - Implementazzjoni mill-Istati Membri - Derogi mill-projbizzjoni li jinqatlu jew li jinqabdu l-ispeċi protetti - Kundizzjonijiet - Deċiżjoni tal-awtorità kompetenti li tipprovdi motivazzjoni preċiża u xierqa li tirreferi għall-motivazzjoni, għall-kundizzjonijiet u għar-rekwiżiti tad-Direttiva - Leġiżlazzjoni reġjonali li ma tosservax il-kundizzjonijiet imsemmija mid-direttiva - Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu (Direttiva tal-Kunsill 79/409, Artikoli 5(a) u 9(1) u (2)) (ara l-punti 36-38)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur tal-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE, tat-2 ta’ April 1979, dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 98) - Derogi - Reġjun ta’ Sardegna.
Dispożittiv
1)
Peress li r-Reġjun ta’ Sardegna adotta u applika leġiżlazzjoni li tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ derogi mis-sistema ta’ protezzjoni tal-għasafar selvaġġi li ma tosservax il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE, tat-2 ta’ April 1979, dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi, ir-Repubblika Taljana naqset mill-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 9 ta’ din id-direttiva.
2)
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy