Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-29 ta’ Lulju 2010 – Il‑Kummissjoni vs L-Estonja
(Kawża C‑515/09)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2006/21/KE – Immaniġġar tal-iskart mill-industriji ta’ estrazzjoni – Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst”
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni - Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 258 TFUE; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2006/21) (ara l-punti 9-12)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar l-immaniġġar ta’ skart mill-industriji ta’ estrazzjoni u li temenda d-Direttiva 2004/35/KE (ĠU L 102, p. 15).
Dispożittiv
1)
Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar l-immaniġġar ta’ skart mill-industriji ta’ estrazzjoni u li temenda d-Direttiva 2004/35/KE, ir-Repubblika tal-Estonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.
2)
Ir-Repubblika tal-Estonja hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy