Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-2 ta’ Diċembru 2010 – Il-Kummissjoni vs Il-Greċja
(Kawża C‑534/09)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2008/1/KE – Prevenzjoni u tnaqqis tat-tniġġis – Kundizzjonijiet għall-għoti ta’ permessi għal installazzjonijiet eżistenti”
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni - Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 258 TFUE; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2008/1) (ara l-punti 10-13)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Jannar 2008, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis (ĠU L 24. p. 8) - Kundizzjonijiet għall-għoti ta’ permessi għal installazzjonijiet eżistenti - Obbligu li jiġi żgurat li tali installazzjonijiet jintużaw skont il-ħtiġiet tad-direttiva.
Dispożittiv
1) Billi li ma ħaditx il-miżuri neċessarji sabiex tiżgura li l-awtoritajiet kompetenti josservaw, permezz ta’ permessi mogħtija skont l-Artikoli 6 u 8 tad-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Jannar 2008, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis, jew, b’mod xieraq, permezz ta’ eżami mill-ġdid u, fejn meħtieġ, ta’ aġġornament tal-kundizzjonijiet, li l-installazzjonijiet eżistenti joperaw skont ir-rekwiżiti tal-Artikoli 3, 7, 9, 10 u 13, l-Artikolu 14(a) u (b), u l-Artikolu 15(2), mhux iktar tard mit-30 ta’ Ottubru 2007, bla ħsara għal dispożizzjonijiet komunitarji speċjali, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 5(1) tal-imsemmija direttiva.
2) Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy