7.3.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 55/19
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven administrativen Sad (il-Bulgarija) fis-6 ta' Jannar 2009 — Peter Dimitrov Kalinchev vs Regionalna Mitnicheska Direktsia — Plovdiv
(Kawża C-2/09)
(2009/C 55/31)
Lingwa tal-kawża: Il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Varhoven administrativen Sad.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Peter Dimitrov Kalinchev.
Konvenut: Regionalna Mitnicheska Direktsia — Plovdiv.
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 3(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE (1) tal-25 ta' Frar 1992 dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa u dwar iż-żamma, ċaqliq u mmonitorjar ta' dan it-tip ta' prodotti jawtorizza l-implementazzjoni, mill-Istati Membri, ta' sistema ta' tassazzjoni permezz ta' dazju tas-sisa għall-vetturi bil-mutur użati meta dawn jiddaħħlu fit-territorju ta' Stat Membru, dazju tas-sisa li mhuwiex direttament dovut waqt il-bejgħ mill-ġdid ta' vetturi bil-mutur li jinsabu diġà fit-territorju ta' dan l-Istat Membru u li fir-rigward tagħhom tali dazju tas-sisa diġa tħallas meta dawn iddaħħlu inizjalment fit-territorju tal-Istat Membru?
2)
Fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 90 KE, il-kunċett ta' “prodotti simili nazzjonali” għandu jiġi interpretat:
a)
fis-sens li dawn joriġinaw mill-Istat Membru li stabbilixxa taxxi interni speċifiċi jew
b)
fis-sens li dawn kienu diġà jinsabu fit-territorju ta' dan l-Istat Membru, indipendentement mill-oriġini tagħhom?
3)
Sabiex tingħata risposta għaż-żewġ domandi preċedenti, l-Artikolu 25 KE u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 90 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu s-sistema differenti tad-dazju tas-sisa applikata lill-vetturi bil-mutur, implementata mir-Repubblika tal-Bulgarija permezz tal-Artikoli 30 u 40 tal-Zakon za aktsizite i danachnite skladove (liġi dwar id-dazju tas-sisa u l-imħażen tat-taxxa — ZADS) skont is-sena ta' manufattura tagħhom u n-numru ta' kilometri fuq l-arloġġ?
(1) ĠU L 76, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy