21.3.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 69/24
Rikors ippreżentat fid-9 ta' Jannar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Belġju
(Kawża C-6/09)
(2009/C 69/43)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: V. Peere u P. Dejmek, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju
Talbiet
—
tikkonstata li billi ma ħax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (1) u, f'kull każ, billi ma kkomunikahomx kollha lill-Kummissjoni, ir-Renju tal-Belġju naqas mill-obbligi tiegħu skont din id-direttiva;
—
tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2005/60/KE skada fil-15 ta' Diċembru 2007. Fid-data ta' preżentazzjoni ta' dan ir-rikors, il-konvenut ma kienx għadu ħa l-miżuri neċessarji kollha għat-traspożizzjoni tad-Direttiva jew, f'kull każ, huwa ma kinx ikkomunikahom lill-Kummissjoni.
(1) ĠU L 309, p. 15.
Full & Egal Universal Law Academy