7.3.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 55/21
Rikors ippreżentat fid-9 ta' Jannar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C-13/09)
(2009/C 55/36)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Cattabriga u S. Mortoni, agenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana
Talbiet
—
Tikkonstata li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/86/KE (1) tal-24 ta' Ottubru 2006 li timplimenta d-Direttiva 2004/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kondizzjonijiet tar-rintraċċabbiltà, notifikazzjoni dwar rejazzjonijiet u avvenimenti ta' ħsara serja u ċerti kondizzjonijiet tekniċi għall-ikkowdjar, l-ipproċessar, il-preżervazzjoni, il-ħażna u d-distribuzzjoni ta' tessuti u ċelluli umani, jew billi ma kkomunikatx tali dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 11(1) ta' din id-Direttiva.
—
Tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2006/86 skada fl-1 ta' Settembru 2007.
(1) ĠU L 294, p. 32.
Full & Egal Universal Law Academy