18.4.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 90/7
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fil-15 ta’ Jannar 2009 – Gudrun Schwemmer vs Agentur für Arbeit Villingen-Schwenningen – Familienkasse
(Kawża C-16/09)
2009/C 90/11
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Gudrun Schwemmer
Konvenut: Agentur für Arbeit Villingen-Schwenningen – Familienkasse
Domandi preliminari
1)
Id-dispożizzjoni fl-Artikolu 76(2) tar-Regolament tal-Kunsill 1408/71 tal-14 ta’ Ġunju 1971 dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (1) skont l-Artikolu 10(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 574/72 tal-21 ta’ Marzu 1972 dwar l-implementazzjoni tar-Regolament Nru 1408/71 (2) hija applikabbli meta l-ġenitur intitolat għall-allowances tal-familja ma jitlobhomx fil-pajjiż tax-xogħol?
2)
Fil-każ li l-Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 1408/71 huwa applikabbli, abbażi ta’ liema premessa ta’ diskrezzjoni tista’ l-istituzzjoni responsabbli għall-allowances tal-familja fil-pajjiż ta’ residenza tapplika l-Artikolu 10(1)(a) tar-Regolament Nru 574/72, bħallikieku huma allowances protetti fil-pajjiż tax-xogħol? Tista’ d-diskrezzjoni li jiġi preżunt li l-għoti ta’ allowances tal-familja fil-pajjiż tax-xogħol hija ristretta meta l-ġenitur intitolat għalihom fil-pajjiż tax-xogħol intenzjonalment ma talabx l-allowances dovuti lilu, tkun ta’ preġudizzju għall-eliġibbiltà għall-allowances għat-tfal fil-pajjiż tar-residenza?
(1) ĠU L 149, p. 2
(2) ĠU L 074, p. 1
Full & Egal Universal Law Academy