4.4.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 82/12
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Wien (l-Awstrija) fil-15 ta' Jannar 2009 — Wood Floor Solutions Andreas Domberger GmbH vs Silva Trade, SA
(Kawża C-19/09)
(2009/C 82/22)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberlandesgericht Wien (l-Awstrija)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Wood Floor Solutions Andreas Domberger GmbH
Konvenuta: Silva Trade, SA
Domandi preliminari
1)
a)
It-tieni inċiż tal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta' Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali (1) (iktar 'il quddiem ir-“Regolament ta' Brussell I”) japplika wkoll, fil-każ ta' kuntratt għal provvista ta' servizzi, fejn is-servizzi huma pprovduti, skont ftehim, f'numru ta' Stati Membri?
Fil-każ li tingħata risposta pożittiva għal din id-domanda:
b)
Id-dispożizzjoni ċċitata iktar 'il fuq għandha tiġi interpretata fis-sens li l-post li fih jitwettaq l-obbligu karatteristiku għandu jiġi stabbilit b'riferiment għall-post fejn jinsab iċ-ċentru tan-negozju tal-fornitur tas-servizzi (li għandu jiġi stabbilit b'riferiment għall-ammont ta' ħin f'dan il-post u skont l-importanza tal-attività inkwistjoni);
ċ)
Fil-każ li ma jiġix stabbilit tali ċentru tan-negozju, id-dispożizzjoni ċċitata iktar 'il fuq għandha tiġi interpretata fis-sens li kawża li tirrigwarda t-talbiet kollha bbażati fuq il-kuntratt tista' titressaq, skont kif jagħżel ir-rikorrent, fi kwalunkwe post fejn jiġi pprovdut is-servizz fil-Komunità?
2)
Fil-każ li tingħata risposta negattiva għall-ewwel domanda: L-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament ta' Brussell I japplika fil-każ ta' kuntratt ta' provvista ta' servizzi, fejn is-servizzi huma pprovduti, skont ftehim, f'diversi Stati Membri?
(1) ĠU L 12, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy