4.4.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 82/13
Rikors ippreżentat fil-15 ta' Jannar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu
(Kawża C-22/09)
(2009/C 82/24)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: B. Schima u L. de Schietere de Lophem, aġenti)
Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu
Talbiet
—
tikkonstata li billi naqas milli jadotta l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2002/91/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar il-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini (1) jew, fi kwalunkwe każ, billi naqas milli jinnotifikahom lill-Kummissjoni, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva;
—
tikkundanna lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2002/91/CE skada fl-4 ta' Jannar 2006. Issa, fid-data tal-preżentata ta' dan ir-rikors, il-konvenut ma kienx għadu ħa l-miżuri neċessarji kollha għat-traspożizzjoni tad-Direttiva jew, fi kwalunkwe każ, ma nnotifikax dawn il-miżuri lill-Kummissjoni.
(1) ĠU 2003, L 1, p. 65.
Full & Egal Universal Law Academy