18.4.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 90/8
Appell ippreżentat fid-19 ta’ Jannar 2009 minn ecoblue AG mis-sentenza mogħtija fit-12 ta’ Novembru 2008 mill-Qorti tal-Prim’Istanza fil-Kawża T-281/07 – ecoblue AG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-23/09 P)
2009/C 90/12
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Appellanti: ecoblue AG (rappreżentanti: C. Osterrieth, T. Schmitz, Rechtsanwälte)
Appellati: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, SA
Talbiet tal-appellanti
—
tannulla s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tat-12 ta’ Novembru 2008 fil-Kawża T-281/07;
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (iktar ’il quddiem l-“UASI”) tal-25 ta’ April 2007 (Każ R 0844/2006-1) dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 00287 1598 “Ecoblue ”;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti ssostni li l-Qorti tal-Prim’Istanza applikat b’mod żbaljat l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja ladarba t-trade marks kunfliġġenti ma għandhomx il-livell minimu ta’ xebh meħtieġ sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ probabblità ta’ konfużjoni.
Hija ssostni li l-Qorti tal-Prim’Istanza wettqet żball meta ddeċidiet li l-karattru distintiv tat-trade mark preċedenti li fuqha hija bbażata l-oppożizzjoini, jikkostitwixxi l-element essenzjali għall-evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni. Il-Qorti tal-Prim’Istanza naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni dan l-aspett tal-kawża u llimitat ruħha għal paragun bejn iż-żewġ trade marks kunfliġġenti minn perspettiva viżiva, fonetika u kunċettwali daqslikieku t-trade mark preċedenti kienet trade mark li kellha biss livell medju ta’ karattru distintiv.
Hija ssosstni wkoll li l-Qorti tal-Prim’Istanza ma applikatx b’mod korrett ir-regola li normalment il-konsumaturi jagħtu l-aktar importanza lill-ewwel parti tal-kelma. Ladarba ż-żewġ elementi verbali, “Eco” u “blue” huma ugwalment deskirttivi, il-konsumatur awtomatikament jagħmel iktar enfasi fuq l-ewwel kelma “Eco”, u b’hekk jirrikonoxxu l-karattru distintiv taż-żewġ trade marks.
Barra minn hekk, hija ssosstni li l-Qorti tal-Prim’Istanza wettqet żball ta’ liġi billi ma ttrattatx id-differenzi kunċettwali bejn iż-żewġ trade marks kunfliġġenti bħala li kienu ta’ importanza kbira ħafna.
Full & Egal Universal Law Academy