4.4.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 82/13
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Bíróság — l-Ungerija, fid-19 ta' Jannar 2009 — Sió-Eckes Kft. vs Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal Központi Szerve
(Kawża C-25/09)
(2009/C 82/25)
Lingwa tal-kawża: L-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Fővárosi Bíróság
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Sió-Eckes Kft.
Konvenuti: Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal Központi Szerve
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2201/96 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li, fuq il-bażi tal-Anness I, l-iskema ta' għajnuna għall-produzzjoni hija intiża, barra għall-ħawħ fil-ġulepp u/jew is-sugu naturali tal-frott li jaqgħu taħt il-Kodiċi NM ex 2008 70 61, ukoll għall-prodotti elenkati taħt il-kodiċijiet NM oħrajn (ex 2008 70 69 eċċ), li jinsabu fl-anness ?
2)
Il-produttur ta' prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 2008 70 92 jissodisfa l-kundizzjonijiet ta' dan ir-regolament?
3)
L-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni 1535/2001 (2) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 2008 70 61, ex 2008 70 69, ex 2008 70 71, ex 2008 70 79, ex 2008 70 92, ex 2008 70 94 kif ukoll ex 2008 70 99 huma wkoll prodotti lesti skont ir-regolament?
4)
Sa fejn, fuq il-bażi tar-risposta għad-domandi hawn fuq, huwa biss il-ħawħ, skont l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2320/89/KEE (3) li huwa prodott lest, għalfejn il-kodiċijiet NM li jikkonċernaw prodotti oħra jissemmew fid-dispożizzjonijiet iktar 'il fuq?
5)
Skont ir-regolamenti msemmija iktar 'il fuq, għandhom jiġu kkkunsidrati bħala prodotti lesti kull prodott — li jista' jiġi kkummerċjalizzat b'mod indipendenti — miksub f'kull stadju tal-ipproċessar tal-ħawħ (pereżempju, il-polpa)?
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 tat-28 ta' Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati.
(2) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1535/2003 tad-29 ta' Awwissu 2003 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 rigward l-iskema tal-għajnuna għall-prodotti pproċessati mill-frott u l-ħxejjex tal-ikel.
(3) Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2320/89 tat-28 ta' Lulju 1989 għall-rekwiżiti minmi ta' kwalità għall-ħawħ fil-ġulepp u l-ħawħ fis-sugu naturali tal-frott għall-applikazzjoni tal-iskema ta' għajnuna produttiva.
Full & Egal Universal Law Academy