21.3.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 69/28
Rikors ippreżentat fil-21 ta' Jannar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Awstrija
(Kawża C-28/09)
(2009/C 69/51)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Oliver, A. Alcover San Pedro u B. Schima, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija
Talbiet tar-rikorrenti
—
tiddikjara li r-Repubblika tal-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 28 u 29 KE minħabba li hija stabbiliet projbizzjoni ta' sewqan f'parti mill-highway A12 għal trakkijiet ta' piż totali ta' iktar minn 7.5 tunnellati li jġorru merkanzija speċifika;
—
tikkundanna lir-Repubblika tal-Awstrija għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
L-istabbiliment ta' projbizzjoni ta' sewqan għal trakkijiet ta' piż totali ta' iktar minn 7.5 tunnellati li jkunu qegħdin iġorru merkanzija speċifika f'parti mill-highway A12 għandu jitqies bħala miżura li għandha effett ekwivalenti għal restrizzjoni kwantitattiva u għaldaqstant mhuwiex konformi mal-Artikoli 28 u 29 KE. Il-miżura inkwistjoni la hija xierqa u lanqas meħtieġa sabiex twassal għal titjib fil-kwalità tal-arja fil-highway A12 kif mitlub mid-dritt Komunitarju, għaliex hija m'għandhiex għan speċifiku u ma tiħux inkunsiderazzjoni miżuri inqas restrittivi, bħal restrizzjonijiet ta' veloċità jew projbizzjoni ta' sewqan ibbażata fuq emissjonijiet. Barra minn hekk, il-konvenuta ma wriet l-ebda alternattiva xierqa għal trasport fit-triq.
Full & Egal Universal Law Academy