7.11.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 267/24
Appell ippreżentat fil-21 ta’ Jannar 2009 minn Daniela Marinova mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Sitt Awla) mogħti fil-5 ta’ Novembru 2008 fil-Kawża T-213/08, Marinova vs Université Libre de Bruxelles u Il-Kummissjoni
(Kawża C-29/09 P)
2009/C 267/44
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Daniela Marinova (rappreżentant: G. Gerogiev, avukat)
Partijiet oħra fil-kawża: Université Libre de Bruxelles, il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Permezz tad-digriet tal-1 ta’ Lulju 2009, il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) iddikjarat l-appell inammissibbli.
Full & Egal Universal Law Academy