4.4.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 82/15
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővarosi Bíróság (l-Ungerija) fis-26 ta' Jannar 2009 — Bolbol Nawras vs Bevándorlási és Allampolgársági Hivatal
(Kawża C-31/09)
(2009/C 82/28)
Lingwa tal-kawża: L-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Fővarosi Bíróság
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Bolbol Nawras
Konvenut: Bevándorlási és Allampolgársági Hivatal
Domandi preliminari
Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 12(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83 (1):
1)
Għandu jiġi kkunsidrat li persuna tibbenefika mill-protezzjoni u mill-għajnuna ta' istituzzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti biss minħabba l-fatt li din il-persuna għandha dritt għal din l-għajnuna jew għal din il-protezzjoni jew huwa neċessarju li din tkun fil-fatt irrikorriet (2) għal din il-protezzjoni jew għal din l-għajnuna?
2)
Il-waqfien tal-protezzjoni jew tal-għajnuna ta' istituzzjoni timplika residenza barra miż-żona ta' operazzjoni tagħha, il-waqfien tal-attivitajiet tal-istituzzjoni, it-temma tal-possibbiltà li wieħed jibbenefika minn protezzjoni jew għajnuna min-naħa ta' din l-istituzzjoni jew, possibbilment, ostakolu oġġettiv li minħabba fih il-persuna li għandha dritt għall-protezzjoni jew għall-għajnuna ma tkunx tista' tirrikorri għaliha?
3)
Il-fatt li wieħed jista' jipprevali ruħu mid-Direttiva jimplika r-rikonoxximent tal-istat ta' refuġjat jew waħda miż-żewġ forom ta' protezzjoni inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva (l-istat ta' refuġjat u l-għoti tal-protezzjoni sussidjarja) skont l-għażla tal-Istat Membru, jew, skont il-każ, ebda waħda minnhom b'mod awtomatiku iżda biss l-inklużjoni fil-kamp ta' applikazzjoni ratione personae tad-Direttiva?
(1) Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE, tad-29 ta' April 2004, dwar livelli stabbiliti minimi [minimi stabbiliti] għall-kwalifika u l-istat ta' ċittadini nazzjonali ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU L 304, p. 12).
(2) Nota: Il-forma verbali użata bl-Ungeriż hija ambigwa u tista' tinftiehem ukoll fil-preżent: li din fil-fatt tirrikorri.
Full & Egal Universal Law Academy