21.3.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 69/28
Rikors ippreżentat fit-30 ta' Jannar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C-42/09)
(2009/C 69/52)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: L. Lonzano Palacios u E. Vesco, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana
Talbiet
—
tiddikjara illi, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2005/45/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' ċertifikati tal-baħħara maħruġa mill-Istati Membri u li temenda d-Direttiva 2001/25/KE, jew f'kull każ, billi ma nnotifikathomx lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 5 tal-imsemmija direttiva;
—
tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu stabbilit għat-traspożizzjoni tad-direttiva 2005/45/KE skada fl-20 ta' Ottubru 2007.
(1) ĠU L 255, p. 160.
Full & Egal Universal Law Academy