18.4.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 90/12
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Jannar 2009 – Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Estonja
(Kawża C-46/09)
2009/C 90/18
Lingwa tal-kawża: L-Estonjan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: E. Randvere u K. Simonsson)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Estonja
Talbiet tar-rikorrenti
—
tikkonstata li, peress li naqset milli tittrasponi korrettament fid-dritt nazzjonali d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/59/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Novembru 2000 dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija, ir-Repubblika tal-Estonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2000/59/KE;
—
tikkundanna lir-Repubblika tal-Estonja għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Mill-Artikolu 11(2)(a) tad-Direttiva 2000/59 jirriżulta li r-Repubblika tal-Estonja għandha l-obbligu li tistabbilixxi kriterji sabiex tagħżel bastimenti, li mhumiex bastimenti tas-sajd u opri ta’ rikreazzjoni awtorizzati li jġorru mhux iktar minn 12-il passiġġier, li għandhom ikunu suġġetti għal spezzjoni.
l-Artikolu 11(2)(ċ) tad-Direttiva 2000/59 jipprovdi li jekk l-awtorità rilevanti ma tkunx sodisfatta bir-riżultati ta’ spezzjoni, għandha tiżgura illi l-bastiment ma jħallix il-port qabel ma jkun ikkunsinna l-iskart iġġenerat mill-bastiment u l-fdalijiet mill-merkanzija f’faċilità ta’ akkoljenza tal-port skont l-Artikoli 7 u 10.
Ir-Repubblika tal-Estonja sostniet l-intenzjoni tagħha li tikkompleta l-leġiżlazzjoni Estonjana sabiex tittrasponi korrettament dawn id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva. Il-Kummissjoni m’għandhiex informazzjoni rigward l-adozzjoni ta’ dawn l-emendi.
(1) ĠU L 332, p. 81.
Full & Egal Universal Law Academy