4.4.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 82/20
Appell ippreżentat fit-3 ta' Frar 2009 minn Barbara Becker mis-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim' Istanza (L-Ewwel Awla) fit-2 ta' Diċembru 2008 fil-Kawża T-212/07 — Harman International Industries, Inc. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-51/09)
(2009/C 82/36)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Barbara Becker (rappreżentanti: P. Baronikians, A. Hofstetter, avukati)
Appellati: Harman International Industries, Inc., L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tal-appellanti
L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
—
tannulla il-punt 1 tat-deċiżjoni tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-2 ta' Diċembru 2008 (Kawża T-212/07) li tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tas-7 ta' Marzu 2007 (Każ R-502/2006-1);
—
tannulla l-punt 3 tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-2 ta' Diċembru 2008;
—
tikkundanna l-konvenuta għall-ispejjeż tal-appellanti għall-proċedura kollha.
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti ssostni li l-Qorti tal-Prim'Istanza żbalja meta kkunsidra li kien hemm xebħ bejn it-trade mark “Barbara Becker” li applikat għaliha l-appellanti u t-trade mark tal-konvenuta “BECKER”, u għaldaqstant applikat b'mod żbaljat l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament 40/94 billi kkonkludiet li kien hemm probbabiltà ta' konfużjoni.
Full & Egal Universal Law Academy