18.4.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 90/15
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale della Campania (l-Italja) fil-11 ta’ Frar 2009 – Lucio Rubano vs Regione Campania, Comune di Cusano Mutri
(Kawża C-60/09)
2009/C 90/23
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale della Campania
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Lucio Rubano
Konvenuta: Regione Campania, Comune di Cusano Mutri
Domandi preliminari
1)
Il-preżenza ta’ spiżerija waħda fil-komuni li għandhom popolazzjoni ta’ inqas minn erbat elef ruħ hija kompatibbli mal-Artikoli 152 u 153 KE ?
2)
L-issuġġettar tal-ftuħ tat-tieni spiżerija fil-komuni li għandhom popolazzjoni ta’ aktar minn erbat elef ruħ, b’kundizzjonijiet bħal dik li l-popolazzjoni in eċċess taqbeż il-ħamsin fil-mija tan-numru mitlub għal spiżerija, li jkun hemm distanza ta’ mill-inqas tlett elef metru mill-ispiżerija eżistenti, u li jkun hemm bżonnijiet partikolari mis-servizzi farmaċewtiċi fir-rigward tal-kundizzjonijiet topografiċi u tad-diffikultajiet ta’ aċċess, evalwati mill-awtoritajiet tas-saħħa lokali (aziende sanitarie locali) kif ukoll mill-assoċjazzjoni tal-ispiżjara lokali jew inkella mill-amministrazzjonijiet responsabbli għall-organizzazzjoni u l-kontroll tas-servizz farmaċewtiku, huwa kompatibbli mal-Artikoli 152 u 153 KE?
Full & Egal Universal Law Academy