18.4.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 90/15
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (England and Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court) (ir-Renju Unit) fit-13 ta’ Frar 2009 – Association of the British Pharmaceutical Industry vs Medicines and Healthcare Products Regulatory Agency
(Kawża C-62/09)
2009/C 90/24
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Qorti tar-rinviju
High Court of Justice (England and Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Association of the British Pharmaceutical Industry.
Konvenuta: Medicines and Healthcare Products Regulatory Agency.
Domandi preliminari
L-Artikolu 94(1) tad-Direttiva 2001/83/EC (1) jipprekludi korp pubbliku, li jifforma parti mis-servizz nazzjonali tas-saħħa pubblika, milli, sabiex inaqqas l-infiq ġenerali fil-mediċini, jimplementa skema li toffri inċentivi finanzjarji għal uffiċċji mediċi (li jistgħu min-naħa tagħhom jipprovdu benefiċċju finanzjarju lit-tabib li jikteb ir-riċetta) sabiex jippreskrivu mediċina speċifika msemmija b’isimha sostnuta mill-iskema ta’ inċentivazzjoni li hija jew:
1)
mediċina ta’ riċetta li tkun differenti minn dik li t-tabib kien ippreskriva qabel lill-pazjent; jew
2)
mediċina ta’ riċetta li hija differenti minn dik li kieku kienet tinkiteb għall-pazjent kieku mhux għall-iskema ta’ inċentivazzjoni,
meta din il-mediċina ta’ riċetta differenti tkun mill-istess klassi terapewtika ta’ mediċini uzati fit-trattament tal-kundizzjoni partikolari tal-pazjent?
(1) Direttiva 2001/83/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem
Full & Egal Universal Law Academy