1.5.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 102/11
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Mercantil no 4 de Barcelona (Spanja) fit-13 ta’ Frar 2009 – Axel Walz vs Clickair S.A.
(Kawża C-63/09)
2009/C 102/16
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de lo Mercantil no 4 de Barcelona
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Axel Walz
Konvenuta: Clickair S.A..
Domandi preliminari
Il-limitu ta’ responsabbiltà li jirreferi għalih l-Artikolu 22(2) tal-Konvenzjoni għall-Unifikazzjoni ta’ Ċerti Regoli għat-Trasport Internazzjonali bl-Ajru (Il-Konvenzjoni ta’ Montreal) tat-28 ta’ Mejju 1999, jinkludi d-danni materjali kif ukoll morali li jirriżultaw mit-telf tal-bagalji?
Full & Egal Universal Law Academy