1.5.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 102/12
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (il-Belġju) fit-18 ta’ Frar 2009 – Bâtiments et Ponts Construction SA, Thyssenkrupp Industrieservice vs Berlaymont 2000 SA
(Kawża C-74/09)
2009/C 102/19
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour de cassation
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Bâtiments et Ponts Construction SA, Thyssenkrupp Industrieservice
Konvenuta: Berlaymont 2000 SA
Domandi preliminari
1)
L-obbligu li tkun irreġistrat sabiex tkun tista’ tingħata kuntratt pubbliku fil-Belġju, bħall-obbligu impost mill-Artikolu I.G. tal-ispeċifikazzjonijiet speċjali applikabbli f’din il-kawża, ma jkunx kuntrarju għall-prinċipju tal-moviment liberu fi ħdan l-Unjoni Ewropea u għat-tieni paragrafu tal-Artikolu 24 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/37/KEE, tal-14 ta’ Ġunju 1993, li tikkonċerna l-koordinament tal-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti tax-xogħlijiet pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet] (1) jekk jiġi interpretat fis-sens li jippermetti lill-awtorità kontraenti teskludi mill-għoti tal-kuntratt l-imprenditur barrani li jkun għamel offerta u li ma jkunx irreġistrat iżda jkun ressaq ċertifikati ekwivalenti maħruġa mill-amministrazzjonijiet nazzjonali tiegħu?
2)
Ma jkunx kuntrarju għall-prinċipju tal-moviment liberu fi ħdan l-Unjoni Ewropea u għat-tieni paragrafu tal-Artikolu 24 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/37/KEE, tal-14 ta’ Ġunju 1993, li tikkonċerna l-koordinament tal-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti tax-xogħlijiet pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet] jekk awtorità kontraenti Belġjana tingħatalha s-setgħa li tobbliga lill-offerenti barranin jissuġġettaw għal awtorità Belġjana – il-Commission d’enregistrement des entrepreneurs (Kummissjoni għar-reġistrazzjoni ta’ imprendituri) – l-eżami tal-validità taċ-ċertifikati maħruġa lilhom mill-awtoritajiet fiskali u soċjali tal-Istat tagħhom li jattestaw li l-pożizzjoni tagħhom hija regolari fir-rigward tal-obbligi fiskali u soċjali tagħhom?
(1) ĠU L 199, p. 54.
Full & Egal Universal Law Academy