1.5.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 102/13
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione Tributaria Provinciale di Alessandria (l-Italja) fl-20 ta’ Frar 2009 – Agra Srl vs Agenzia Dogane Ufficio delle Dogane di Alessandria
(Kawża C-75/09)
2009/C 102/20
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Qorti tar-rinviju
Commissione Tributaria Provinciale di Alessandria
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Agra Srl.
Konvenuta: Agenzia Dogane Ufficio delle Dogane di Alessandria.
Domanda preliminari
Fid-dawl tal-Artikolu 11 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru [374/1990], ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 221(3) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 2913/1992, u fid-dawl tal-Artikolu 84(3) tat-Test uniku tad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi fil-qasam doganali (Digriet tal-President tar-Repubblika Nru 43/1973), id-dritt tal-Agenzia delle Dogane li tagħmel reviżjoni tal-konstatazzjoni ikun preskritt u/jew jiddekadi wara l-iskadenza ta’ terminu ta’ tliet snin li jibda jiddekorri mid-data tad-dikjarazzjoni doganali, jew dan it-terminu jista’ jiġi imwaqqaf u/jew sospiż, meta tkun għaddejja proċedura kriminali dwar il-ksur tad-dazji doganali previsti mill-konstatazzjoni?
Full & Egal Universal Law Academy