1.5.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 102/14
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Symvoulio tis Epikrateias (Il-Greċja) fis-25 ta’ Frar 2009 – Idryma Typou A.E. vs Ypourgos Typou kai Meson Mazikis Enimerosis
(Kawża C-81/09)
2009/C 102/23
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Qorti tar-rinviju
Symvoulio tis Epikrateias
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Idryma Typou A.E.
Konvenut: Ypourgos Typou kai Meson Mazikis Enimerosis (Ministru tal-Istampa u x-Xandir)
Domandi preliminari
Id-Direttiva 68/151/KEE, li fl-Artikolu 1 tagħha tipprovdi li “[i]l-miżuri ta’ kordinazzjoni preskritti b’din id-Direttiva għandhom japplikaw għall-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri dwar it-tipi ta’ kumpaniji li ġejjin: […] fil-Greċja: ανώνυμη εταιρία [kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata], […]”, tistabbilixxi regola li tipprojbixxi l-adozzjoni ta’ dispożizzjoni nazzjonali bħall-Artikolu 4(3) tal-Liġi 2328/1995, sa fejn tali dispożizzjoni tipprovdi li l-multi previsti fil-paragrafi preċedenti ta’ dan l-artikolu għal ksur tal-leġiżlazzjoni u tar-regoli tad-deontoloġija li jirregolaw il-funzjonament tal-istazzjonijiet televiżivi huma imposti b’mod konġunt u in solidum, mhux biss fuq il-kumpannija detentriċi tal-awtorizzazzjoni għall-ħolqien u għall-użu ta’ stazzjoni televiżiv, iżda ukoll fuq l-azzjonisti kollha li jżommu perċentwali ta’ ishma ta’ iktar minn 2,5%?
Full & Egal Universal Law Academy