1.5.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 102/14
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Symvoulio tis Epikrateias (Il-Greċja) fis-25 ta’ Frar 2009 – Dimos Agios Nikolaos Kriti vs Ypourgos Agrotikis Anaptyxos kai Trofimon
(Kawża C-82/09)
2009/C 102/24
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Qorti tar-rinviju
Symvoulio tis Epikrateias
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Dimos Agios Nikolaos Kriti
Konvenuta: Ypourgos Agrotikis Anaptyxos kai Trofimon
Domandi preliminari
1)
Id-definizzjonijiet tal-kunċetti ta’ “foresta” u ta’ “art oħra bis-siġar”, inklużi fl-Artikolu 3(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 2152/2003, japplikaw ukoll għall-materji relatati mal-protezzjoni u, b’mod iktar ġenerali, mal-ġestjoni ta’ “foresti” u ta’ “artijiet oħra bis-siġar”, fis-sens tal-imsemmija definizzjonijiet, u li mhumiex espliċitament irregolati minn dan ir-regolament iżda li madankollu huma pprovduti fis-sistema legali nazzjonali?
2)
Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda, is-sistema legali nazzjonali tista’ tiddefinixxi, bħala “foresti” jew “artijiet oħra bis-siġar”, artijiet li la huma “foresti” u lanqas “artijiet oħra bis-siġar”, fis-sens tad-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 2152/2003?
3)
Fil-każ ta’ risposta affermattiva għat-tieni domanda, fil-każ li s-sistema legali nazzjonali tista’ tiddefinixxi bħala “foresti” jew “artijiet oħra bis-siġar”, artijiet li mhumiex “foresti” jew “artijiet oħra bis-siġar” fis-sens tad-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 2152/2003, tali definizzjoni tista’ tkun differenti minn dik stabbilita fl-imsemmi regolament kemm fir-rigward tal-elementi li jikkostitwixxu dawn il-kunċetti, fis-sens tar-regolament, kif ukoll fir-rigward tad-determinazzjoni numerika tad-data ta’ dawn l-elementi kostituttivi li, skont il-każ, jistgħu jkunu bħal dawk previsti fir-regolament, jew inkella għandu jitqies li din id-definizzjoni tas-sistema legali nazzjonali, għalkemm tista’ ċertament tinkludi elementi li jikkostitwixxu l-kunċetti ta’ “foresta” jew ta’ “art oħra bis-siġar” li huma differenti minn dawk inklużi fid-definizzjonijiet tar-regolament, madankollu, fir-rigward tal-elementi komuni, huwa permissibbli biss li dawn ma jiġux stabbiliti b’mod numeriku u li, f’każ ta’ determinazzjoni numerika, din ma tistax teskludi d-determinazzjoni numerika stabbilita fir-regolament?
Full & Egal Universal Law Academy