6.6.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 129/4
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (Il-Ġermanja) fis-6 ta’ Marzu 2009 — E GmbH vs BBY Vertriebsgesellschaft mbH
(Kawża C-91/09)
2009/C 129/06
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: E GmbH
Konvenuta: BBY Vertriebsgesellschaft mbH
Domanda preliminari
1)
Jeżisti użu ta’ trade mark fis-sens tal-Artikolu 5(1)(a) tad-Direttiva 89/104/KEE (1) meta terz jindika sinjal identiku għat-trade mark bħala keyword f’mutur ta’ riċerka, mingħajr il-kunsens tal-propjetarju tagħha, sabiex meta jiddaħħal bħala terminu ta’ riċerka s-sinjal identiku għat-trade mark fil-mutur ta’ riċerka, tidher link promozzjonali elettronika għall-website tat-terz li tirreklama prodotti jew servizzi identiċi fi spazju pubbliċitarju separat mil-lista tar-riżultati tar-riċerka, fid-dawl tal-fatt li din il-link hija ppreżentata bħala link sponsorjat u li r-reklam innifsu ma jkunx jinkludi s-sinjal u lanqas kwalunkwe riferiment għall-proprjetarju tat-trade mark jew għall-prodotti li huwa qed joffri għall-bejgħ?
(1) L-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU L 40, p. 1)
Full & Egal Universal Law Academy