6.6.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 129/6
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Trani (l-Italja) fis-6 ta’ Marzu 2009 — Francesca Sorge vs Poste Italiane SpA
(Kawża C-98/09)
2009/C 129/09
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Trani
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Francesca Sorge
Konvenuta: Poste Italiane SpA
Domandi preliminari
1)
Il-klawżola 8 tal-Ftehim Qafas li ġiet fis-seħħ permezz tad-Direttiva 1999/70/KEE (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi regoli domestiċi (bħal dawk stabbiliti mill-Artikoli 11 u 1 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 368/2001) li, b’applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP, abrogaw l-Artikolu 1(2)(b) tal-Liġi 230/1962, li kien jipprovdi li kien permess li jiġi impost limitu temporali fuq iż-żmien tal-kuntratt...meta r-reklutaġġ seħħ “sabiex jissostitwixxi ħaddiema assenti” li “żammew id-dritt għal post tagħhom, bil-kundizzjoni li fil-kuntratt għal perijodu fiss”“ingħatat informazzjoni dwar l-isem tal-ħaddiem sostitwit u r-raġunijiet għas-sostituzzjoni tiegħu”, u li ġiet sostitwita minn dispożizzjoni li ma tipprovdix iżjed l-obbligu li tingħata tali informazzjoni?
2)
Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv, il-qorti nazzjonali hija marbuta li ma tapplikax il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tmur kontra d-dritt Komunitarju?
(1) ĠU 1999 L 175, p. 43.
Full & Egal Universal Law Academy