6.6.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 129/6
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (Ir-Repubblika tal-Polonja) fil-11 ta’ Marzu 2009 — Polska Telefonia Cyfrowa Sp. z o. o. vs Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej
(Kawża C-99/09)
2009/C 129/10
Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Najwyższy
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Polska Telefonia Cyfrowa Sp. z o. o.
Konvenuta: Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej
Domanda preliminari
L-Artikolu 30(2) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 2002/22/KE, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva “Servizz Universali”) (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-awtorità regolatorja nazzjonali kompetenti, inkarigata li tara li t-tariffa dovuta mill abbonati ma jkollhiex effett dissważiv,għall-użu tas-servizz addizzjonali tal-portabbiltà tan-numru, għandha l-obbligu li tieħu inkunsiderazzjoni l-ispejjeż sostnuti mill-operaturi tat-telefonija mobbli sabiex jattivaw dan is-servizz
(1) ĠU L 108, p. 51.
Full & Egal Universal Law Academy