16.5.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 113/27
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Marzu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ċeka
(Kawża C-100/09)
2009/C 113/50
Lingwa tal-kawża: Iċ-Ċek
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: L. Jelínek u P. Dejmek, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka
Talbiet
—
Tikkonstata li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/14/KE tat-8 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ xi dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/109/KE dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ trasparenza f’dak li għandu x’ jaqsam ma’ informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolat (1), jew f’kull każ billi ma kkomunikathomx lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Ċeka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 24 tal-imsemmija direttiva.
—
tikkundanna lir-Repubblika Ċeka għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva fis-sistema legali nazzjonali skada fit-8 ta’ Marzu 2008
(1) ĠU L 69, p. 27.
Full & Egal Universal Law Academy