6.6.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 129/7
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Firenze (l-Italja) fit-13 ta’ Marzu 2009 — Camar Srl vs Presidente del Consiglio dei Ministri
(Kawża C-102/09)
2009/C 129/12
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Firenze
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Camar Srl
Konvenut: Presidente del Consiglio dei Ministri
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 14 tal-Ewwel Konvenzjoni ta’ Yaoundè jipprekludi l-introduzzjoni minn Stat Membru ta’ taxxa interna fuq banana li toriġina mis-Somalja, li mhijiex applikata għall-banana nazzjonali (li l-produzzjoni tagħha hija kompletament ineżistenti jew irrelevanti) u mhux applikabbli għall-ebda tip ieħor ta’ frott nazzjonali?
F’każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda preċedenti:
2)
Il-Protokoll “Banana” anness mal-Konvenzjoni ta’ Lomè li dak iż-żmien kien fis-seħħ jipprekludi l-ġbir ta’ taxxa inkompatibbli mal-Artikolu 14 tal-Ewwel Konvenzjoni ta’ Yaoundè għall-importazzjonijiet fl-Italja ta’ banana Somala li saru fl-1990, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet meħuda flimkien tal-imsemmi protokoll u tal-protokolli analogi annessi mal-Konvenzjonijiet ta’ Lomè preċedenti, kif ukoll tal-Artikolu 5 tat-Tieni Konvenzjoni ta’ Yaoundè?
F’każ ta’ risposta fin-negattiv:
3)
Għandu jkun ikkunsidrat li l-Protokolli dwar il-Banana annessi mal-Konvenzjonijiet ta’ Lomè pprekludu ż-żidiet ta’ taxxa bħat-taxxa Taljana ta’ konsum fuq il-banana li toriġina mis-Somalja wara l-1 ta’ April 1976 indipendentement mill-effett konkret ta’ tali żidiet fuq l-esportazzjoni tal-imsemmija banana?
Full & Egal Universal Law Academy