6.6.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 129/8
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (Ir-Renju Unit) fit-13 ta’ Marzu 2009 — The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs vs Weald Leasing Limited
(Kawża C-103/09)
2009/C 129/13
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Court of Appeal
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs
Konvenuta: Weald Leasing Limited
Domandi preliminari
1)
F’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża preżenti, fejn kummerċjant fil-parti l-kbira eżenti jadotta struttura ta’ kiri ta’ attivi li tinvolvi parti terza intermedjarja, minflok ma jixtri direttament l-attivi, l-istruttura ta’ kiri ta’ attivi jew kwalunkwe parti minnha tagħti lok għal vantaġġ fiskali li jmur kontra l-għan tas-Sitt Direttiva (1) fis-sens tal-punt 74 tas-sentenza tal-21 ta’ Frar, Halifax et, C-255/02 (iktar ‘il quddiem is-“sentenza Halifax”)?
2)
Fid-dawl tal-fatt li s-Sitt Direttiva VAT tikkunsidra l-kiri tal-attivi minn kummerċjanti eżenti jew parzjalment eżenti, tar-riferiment tal-Qorti tal-Ġustizzja għal “tranżazzjonijiet kummerċjali normali” fil-punti 69 u 80 tas-sentenza Halifax u fil-punt 27 tas-sentenza tat-22 ta’ Mejju 2008, Ampliscientifica, C-162/07 u tan-nuqqas ta’ tali riferiment fis-sentenza tal-21 ta’ Frar 2008, Part Service, C-425/06, tkun prattika abbużiva għal kummerċjant eżenti jew parzjalment eżenti li jagħmel dan anki jekk, fil-kuntest tat-tranżazzjonijiet kummerċjali normali tiegħu, dan ma jwettaqx tranżazzjonijiet ta’ kiri?
3)
Fil-każ li tingħata risposta pożittiva għad-domanda 2
(a)
x’inhi r-rilevanza tal-kunċett “tranżazzjonijiet kummerċjali normali” fil-kuntest tal-punti 74 u 75 tas-sentenza Halifax: dan il-kunċett huwa rilevanti għall-punt 74 jew għall-punt 75 jew għat-tnejn;
(b)
ir-riferiment għal “tranżazzjonijiet kummerċjali normali” jirreferi għal:
(1)
tranżazzjonijiet li l-persuna taxxabbli inkwistjoni ġeneralment twettaq;
(2)
tranżazzjonijiet li żewġ partijiet jew iktar iwettqu fil-kundizzjonijiet normali tas-suq;
(3)
tranżazzjonijiet li huma kummerċjalment vijabbli;
(4)
tranżazzjonijiet li joħolqu piż u riskji kummerċjali ġeneralment assoċjati mal-benefiċċji kummerċjali relatati;
(5)
tranżazzjonijiet li mhumiex artifiċjali inkwantu għandhom portata kummerċjali;
(6)
kwalunkwe tip jew kategorija oħra ta’ tranżazzjonijiet?
4)
Jekk jiġi deċiż li l-istruttura ta’ kiri ta’ attivi jew kwaunkwe parti minnha tikkostitwixxi prattika abbużiva, x’inhi d-definizzjoni mill-ġdid adattata? B’mod partikolari, il-qorti nazzjonali jew l-awtorità tat-taxxa għandha:
a)
tinjora l-eżistenza ta’ parti terza intermedjarja u tordna li l-VAT għandha titħallas fuq il-valur ta’ suq miftuħ tal-kiri;
b)
tiddefinixxi mill-ġdid l-istruttura ta’ kiri bħala xiri dirett; jew
c)
tiddefinixxi mill-ġdid t-tranżazzjonijiet fi kwlaunkwe mod li l-qorti nazzjonali jew l-awtorità tat-taxxa jikkunsidraw bħala mod adattat sabiex tiġi stabbilita mill-ġdid s-sitwazzjoni li kienet tinħoloq fin-nuqqas tat-tranżazzjonijiet li jikkostitwixxu l-prattika abbużiva?
(1) Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU L 145, p. 1)
Full & Egal Universal Law Academy