20.6.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 141/22
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Galicia (Spanja) fid-19 ta’ Marzu 2009 — Pedro Manuel Roca Álvarez vs Sesa Start España ETT SA
(Kawża C-104/09)
2009/C 141/40
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Superior de Justicia de Galicia
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Pedro Manuel Roca Álvarez
Konvenuta: Sesa Start España ETT SA
Domanda preliminari
Liġi nazzjonali (f’dan il-każ l-Artikolu 37(4) tal-Istatut dwar il-Ħaddiema) li tagħti d-dritt għal leave bi ħlas għat-treddiegħ esklużivament lil ommijiet li huma impjegati, liema leave jikkonsisti fit-tnaqqis mill-ħin tax-xogħol għal nofs siegħa jew ukoll li ma jaħdmux għal siegħa li tista’ tiġi maqsuma f’żewġ partijiet, li huwa ta’ natura volontarja u remunerattiva bħala obbligu fuq min iħaddem, u dan sakemm il-wild jilħaq l-età ta’ disa’ xhur, u ma tagħtix, min-naħa l-oħra, dan id-dritt lill-missirijiet li huma impjegati, jikser il-prinċipju ta’ trattament ugwali li jipprekludi kull diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, irrikonoxxut bl-Artikolu 13 tat-Trattat KE u bid-Direttiva tal-Kunsill 76/207/KEE tad-9 ta’ Frar 1976, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa għal dak li għandu x’jaqsam mal-aċċess għall-impjiegi, taħriġ professjonali, promozzjoni, u kondizzjonijiet tax-xogħol (1), u bid-Direttiva 2002/73 (2) li temendaha?
(1) ĠU L 39, p. 40
(2) ĠU L 269, p. 25
Full & Egal Universal Law Academy