20.6.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 141/24
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Baranya Megyei Bíróság (L-Ungerija) fit-23 ta’ Marzu 2009 — Ker-Optika Bt. vs ÁNTSZ Dél-dunántúli Regionális Intézete
(Kawża C-108/09)
2009/C 141/43
Lingwa tal-kawża: L-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Baranya Megyei Bíróság (l-Ungerija)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ker-Optika Bt..
Konvenuta: ÁNTSZ Dél-dunántúli Regionális Intézete.
Domandi preliminari
1)
Il-kummerċjalizzazzjoni ta’ lentijiet tal-kuntatt tikkostitwixxi parir mediku li jeħtieġ eżami fiżiku tal-pazjent, b’mod li ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (1)?
2)
Jekk il-kummerċjalizzazzjoni ta’ lentijiet tal-kuntatt ma tikkostitwixxix parir mediku li jeħtieġ eżami fiżiku tal-pazjent, l-Artikolu 30 tat-Trattat KE għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dispożizzjonijiet ta’ Stat Membru li jipprevedu li l-lentijiet tal-kuntatt jistgħu jinbiegħu fi ħwienet speċjalizzati fl-apparat mediku biss, imorru kontrih?
3)
Il-leġiżlazzjoni Ungeriża li tawtorizza l-kummerċjalizzazzjoni ta’ lentijiet tal-kuntatt fi ħwienet speċjalizzati fl-apparat mediku biss, tmur kontra l-prinċipju ta’ moviment liberu tal-merkanzija previst fl-Artikolu 28 tat-Trattat KE?
(1) Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (“Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku”) (ĠU L 178, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy