20.6.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 141/25
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Okresní soud v Chebu (Ir-Repubblika Ċeka) fit-23 ta’ Marzu 2009 — Česká podnikatelská pojišťovna, a.s., Vienna Insurance Group vs Michal Bilas
(Kawża C-111/09)
2009/C 141/45
Lingwa tal-kawża: Iċ-Ċek
Qorti tar-rinviju
Okresní soud v Chebu (Ir-Repubblika Ċeka)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Česká podnikatelská pojišťovna, a.s., Vienna Insurance Group
Konvenut: Michal Bilas
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 26 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (1) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament”) għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ma jippermettix lill-qorti tistħarreġ il-ġurisdizzjoni internazzjonali tagħha fil-każ fejn il-konvenut jidher fil-proċeduri, anki meta l-kawża hija suġġetta għar-regoli ta’ ġurisdizzjoni obbligatorja fis-sens tas-Sezzjoni 3 tar-Regolament u r-rikors ikun ġie ppreżentat bi ksur ta’ dawn ir-regoli?
2)
Il-konvenut jista’, minħabba l-fatt li jidher fil-proċeduri, jistabbilixxi l-ġurisdizzjoni internazzjonali tal-qorti fis-sens tal-Artikolu 24 tar-Regolament anki meta l-proċeduri jkunu altrimenti suġġetti għar-regoli ta’ ġurisdizzjoni obbligatorja fis-sens tas-Sezzjoni 3 tar-Regolament u r-rikors ikun ġie ppreżentat bi ksur ta’ dawn ir-regoli?
3)
Fil-każ li tingħata risposta negattiva għat-tieni domanda, il-fatt li l-konvenut jidher fil-proċeduri li jirrigardaw l-assigurazzjoni quddiem qorti li altrimenti taħt ir-Regolament m’għandhiex ġurisdizzjoni, jista’ jiġi kkunsidrat bħala ftehim fuq il-ġurisdizzjoni fis-sens tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament?
(1) ĠU L 12, 16.1.2001, p. 1
Full & Egal Universal Law Academy