16.5.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 113/28
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Marzu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta’ Spanja
(Kawża C-114/09)
2009/C 113/51
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: E. Adsera Ribera u P. Dejmek, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja
Talbiet
—
tiddikjara li, billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2006/68/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Settembru 2006, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 77/91/KEE (2), fir-rigward tal-formazzjoni ta’ kumpanniji pubbliċi ta’ responsabilità limitata u ż-żamma u t-tibdil tal-kapital tagħhom, jew, fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikax dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.
—
tikkundanna lir-Renju ta’ Spanja għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu previst għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2006/68/KE fis-sistema legali interna skada fil-15 ta’ April 2008.
(1) ĠU L 264, p. 32
(2) ĠU L 26, p. 1
Full & Egal Universal Law Academy