6.6.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 129/11
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (l-Olanda) fit-3 ta’ April 2009 — Smit Reizen BV vs Minister van Verkeer en Waterstaat
(Kawża C-124/09)
2009/C 129/18
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Raad van State
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Smit Reizen BV
Konvenuta: Minister van Verkeer en Waterstaat
Domandi preliminari
1)
Fl-applikazzjoni tal-Artikolu 1(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 tal-20 ta’ Diċembru 1985 (1) dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġislazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq, kif ukoll tal-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 (2) tal-20 ta’ Diċembru 1985 dwar apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq, kif għandu jiġi interpretat il-kunċett ta’ “ċentru ta’ operazzjoni” li jinsab fil-punti 21 et seq tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja mogħtija fit-18 ta’ Jannar 2001 fil-kawża C-297/99 (3), Skills Motors Coatches Ltd?
2)
Il-kwistjoni li jkun magħruf jekk is-sewwieq inkwistjoni jmurx huwa nnifsu fuq il-post fejn għandu jiġbor il-vettura mgħammra b’apparat ta’ kontroll jew jekk iwasslux xi ħadd ieħor għandha rilevanza fuq l-evalwazzjoni ta’ jekk hemmx mistrieħ fis-sens tal-Artikolu 1(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 tal-20 ta’ Diċembru 1985 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġislazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq?
(1) ĠU L 370, p.1
(2) ĠU L 370, p.8
(3) Ġabra p. I-573
Full & Egal Universal Law Academy