20.6.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 141/31
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ April 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu
(Kawża C-126/09)
2009/C 141/54
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: N. Yerrell, aġent)
Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu
Talbiet
—
tiddikjara li, billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji kollha sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2003/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Lulju 2003, dwar il-kwalifika inizjali u taħriġ perjodiku ta’ sewwieqa ta’ ċerti vetturi tat-triq għat-trasport ta’ prodotti jew passiggieri, li temenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 u d-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 76/914/KEE (1) jew, f’kull każ, billi ma nnotifikhomx lill-Kummissjoni, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva;
—
tikkundanna lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2003/59/KE skada fid-9 ta’ Settembru 2006. Issa, fid-data tal-preżentata ta’ dan ir-rikors, il-konvenut kien għadu ma adottax il-miżuri neċessarji sabiex jittrasponi d-Direttiva jew, f’kull każ, huwa ma kienx informa lill-Kummissjoni dwar dan.
(1) ĠU L 226, p. 4.
Full & Egal Universal Law Academy