20.6.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 141/32
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Nürnberg (Il-Ġermanja) fis-6 ta’ April 2009 — Coty Prestige Lancaster Group GmbH vs Simex Trading AG
(Kawża C-127/09)
2009/C 141/55
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberlandesgericht Nürnberg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Coty Prestige Lancaster Group GmbH.
Konvenuta: Simex Trading AG
Domanda preliminari
Il-kunċett ta’ “tqegħid fis-suq” fis-sens tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1) u tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 89/104/KEE (2) jinkludi l-għoti, mingħajr trasferiment ta’ proprjetà u bi projbizzjoni ta’ bejgħ, ta’ kampjuni ta’ fwieħa lill-intermedjarji marbuta b’kuntratt, intiżi sabiex il-klijenti potenzjali tagħhom ikunu jistgħu jippruvawhom, meta dawn il-kampjuni jkollhom indikazzjoni ta’ projbizzjoni ta’ bejgħ, meta jkunu jistgħu f’kull ħin jiġu rtirati mill-manifattur/proprjetarju tat-trade mark bis-saħħa tal-kuntratt u meta l-imballaġġ tagħhom ikun kunsiderevolment differenti, minħabba li jkun iktar sempliċi, mill-imballaġġ tal-prodotti li jitqiegħdu fis-suq abitwalment mill-manifattur/proprjetarju tat-trade mark?
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 tal-20 ta’ Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 11, p. 1)
(2) L-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1988 biex ikunu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri relatati mat-trade marks (ĠU L 40, p. 1)
Full & Egal Universal Law Academy