20.6.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 141/32
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (l-Olanda) fil-15 ta’ April 2009 — 1. M. Josemans 2. Burgemeester van Maastricht
(Kawża C-137/09)
2009/C 141/57
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Raad van State (l-Olanda)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti
:
1.
M. Josemans
2.
Burgemeester van Maastricht.
Domandi preliminari
1)
Leġiżlazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tirrigwarda l-aċċess ta’ persuni mhux residenti għall-coffeshops, taqa’ kompletament jew parzjalment fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat KE u b’mod partikolari tal-moviment liberu tal-merkanzija jew tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi jew saħansitra l-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni taħt l-Artikolu 12 KE moqri flimkien mal-Artikolu 18 KE?
2)
Jekk ikunu applikabbli d-dispożizzjonijiet tat-Trattat KE dwar il-moviment liberu tal-merkanzija jew il-libertà li jiġu pprovduti servizzi, il-projbizzjoni milli persuni mhux residenti jitħallew jidħlu ġewwa coffeeshops hija mezz ġust u proporzjonat sabiex jitnaqqas it-turiżmu tad-droga u l-inkonvenjenzi li joħloq?
3)
Il-projbizzjoni milli ssir diskriminazzjoni bejn ċittadini minħabba ċ-ċittadinanza, li tinsab fl-Artikolu 12 KE moqri flimkien mal-Artikolu 18 KE, hija applikabbli għal-leġiżlazzjoni dwar l-aċċess ta’ persuni mhux residenti ġewwa coffeeshops jekk id-dispożizzjonijiet tat-Trattat KE fuq il-moviment liberu tal-merkanzija u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi ma jkunux applikabbli?
4)
Jekk dan ikun il-każ, id-distinzjoni magħmula b’mod indirett f’dan ir-rigward bejn persuni residenti u persuni mhux residenti hija ġġustifikata u l-projbizzjoni milli persuni mhux residenti jitħallew ġewwa coffeeshops hija mezz ġust u proporzjonat sabiex jitnaqqas it-turiżmu tad-droga u l-inkonvenjenzi li joħloq?
Full & Egal Universal Law Academy