20.6.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 141/33
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ April 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju
(Kawża C-139/09)
2009/C 141/58
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: L. de Schietere de Lophem u A. Marghelis, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju
Talbiet
—
tikkonstata li, billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar l-immaniġġar ta’ skart mill-industriji ta’ estrazzjoni u li temenda d-Direttiva 2004/35/KE (1) jew, f’kull każ, billi ma nnotifikahomx lill-Kummissjoni, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva;
—
tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2006/21/KE skada fit-30 ta’ April 2008. Issa, fid-data tal-preżentazzjoni ta’ dan ir-rikors, il-konvenut kien għadu ma adottax il-miżuri neċessarji kollha għat-traspożizzjoni tad-direttiva jew, f’kull każ, ma kienx informa lill-Kummissjoni.
(1) ĠU L 102, p. 15.
Full & Egal Universal Law Academy