4.7.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 153/24
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Genova (l-Italia) fis-17 ta' April 2009 — Fallimento Traghetti del Mediterraneo SpA — Curatore dott. Alberto Fontana vs Presidenza del Consiglio dei Ministri
(Kawża C-140/09)
2009/C 153/44
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Genova
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Fallimento Traghetti del Mediterraneo SpA — Curatore dott. Alberto Fontana
Konvenuta: Presidenza del Consiglio dei Ministri
Domanda preliminari
Leġiżlazzjoni nazzjonali dwar għajnuna mill-Istat, bħal dik li tinsab fil-Liġi Nru 684/1974, b’mod partikolari fl-Artikolu 19, li tipprevedi l-possibbiltà ta’ għoti ta’ għajnuna mill-Istat — anki jekk biss fil-forma ta’ ħlas akkont — fin-nuqqas ta’ ftehim u mingħajr l-istabbiliment minn qabel ta’ kriterji preċiżi u stretti adattati sabiex jiġi evitat li l-ħlas tal-għajnuna jkun jista’ jwassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni, hija kompatibbli mal-prinċipji tad-dritt Komunitarju, b’mod partikolari mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 86 KE, 87 KE u 88 KE u tat-Titolu V (li qabel kien it-Titolu IV) tat-Trattat u, f’dan ir-rigward, huwa importanti l-fatt li l-benefiċjarju huwa mitlub japplika t-tariffi imposti mill-awtorità amministrativa?
Full & Egal Universal Law Academy