4.7.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 153/25
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance de Derdemonde (Il-Belġju) fit-22 ta’ April 2009 — Ministère public vs M. V.W. Lahousse u Lavichy BVBA
(Kawża C-142/09)
2009/C 153/45
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal de première instance de Derdemonde (il-Belġju)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent
:
Ministère public
Konvenuti
:
1.
M. V.W. Lahousse
2.
Lavichy BVBA
Domanda preliminari
Id-Direttiva 2002/24/KE (1), b’mod partikolari, l-Artikolu 1(1)(d) tagħha, li jipprovdi li d-direttiva ma tapplikax għal vetturi maħsuba għal użu f’kompetizzjoni, fit-toroq jew f’kundizzjonijiet off-road, għandha tiġi interpretata fis-sens li tippermetti lill-Istati Membri jestendu l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha, u għalhekk li jipprovdu li din tapplika għat-traffiku kollu fuq l-art (jiġifieri l-użu ta’ vetturi bil-mutur b’żewġ roti jew bi tlieta anki barra mit-toroq jew fuq art privata) mingħajr ma jawtorizzaw l-eċċezzjoni fir-rigward ta’ vetturi maħsuba għal użu f’kompetizzjoni, fit-toroq (tlielaq) jew f’kundizzjonijiet off-road?
(1) Direttiva 2002/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Marzu 2002 li għandha x’taqsam mal-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur b’żewġ roti jew bi tlieta u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/61/KEE (ĠU L 124, p. 1)
Full & Egal Universal Law Academy