4.7.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 153/26
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (L-Awstrija) fl-24 ta’ April 2009 — Hotel Alpenhof GesmbH vs Oliver Heller
(Kawża C-144/09)
2009/C 153/47
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberster Gerichtshof.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Hotel Alpenhof GesmbH
Konvenut: Oliver Heller
Domandi preliminari
1)
Il-fatt li sit internet ta’ parti li magħha konsumatur ikkonkluda kuntratt jista’ jiġi kkonsultat fuq l-internet huwa biżżejjed sabiex jiġġustifika konstatazzjoni li attività qed tiġi “diretta” skont l-Artikolu 15(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (“Regolament Brussell I”) (1)?
(1) Korrezzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU 2001 L 12, p. 1)
Full & Egal Universal Law Academy