4.7.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 153/26
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (Il-Ġermanja) fl-24 ta’ April 2009 — Prof. Dr. Claus Scholl vs Stadtwerke Aachen AG
(Kawża C-146/09)
2009/C 153/49
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Prof. Dr. Claus Scholl
Konvenuta: Stadtwerke Aachen AG
Domanda preliminari
Id-dispożizzjoni li tinsab fit-tielet inċiż tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Mejju 1997, dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi in rigward ta’ kuntratti li jsiru mill-bogħod (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li dritt ta’ rtirar huwa eskluż fir-rigward ta’ kuntratti konklużi mill-bogħod dwar il-provvista ta’ elettriku u ta’ gass permezz tan-netwerk ta’ distribuzzjoni?
(1) ĠU L 144, p. 19
Full & Egal Universal Law Academy