18.7.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 167/4
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichts Schwerin (Il-Ġermanja) fl-4 ta' Mejju 2009 — André Grootes vs Amt für Landwirtschaft Parchim
(Kawża C-152/09)
2009/C 167/06
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgerichts Schwerin.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: André Grootes.
Konvenut: Amt für Landwirtschaft Parchim.
Domandi preliminari
1)
Ir-rikonoxximent ta’ ċirkustanzi li jammontaw għal każ ta’ tbatija fis-sens tal-Artikolu 40(5) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2993 (1), fir-rigward ta’ ammont ikkalkolat skont iż-żona, jista’ japplika wkoll fil-każ ta’ miżura agriambjentali li l-effetti tagħha baqgħu jissussistu sa l-15 ta’ Mejju 2003 u li tikkostitwixxi biss iż-żamma ta’ użu kontinwu bħala mergħat (permanenti), iżda li tinsab temporanjamanet konnessa — mingħajr soluzzjoni ta’ kontinwità jew tal-inqas “mingħajr dewmien” — ma’ miżura preċedenti li kellha bħala għan il-konverżjoni ta’ art li tinħarat f’mergħat permanenti?
2)
F’każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda 1:
Ir-rikonoxximent ta’ ċirkustanzi li jammontaw għal każ ta’ tbatija fis-sens tal-Artikolu 40(5) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2993, fir-rigward ta’ ammont ikkalkolat skont iż-żona, jista’ japplika biss fil-każ ta’ bdil tal-użu ta’ żona (minħabba l-konverzjoni minn art li tinħarat f’mergħat), fil-kuntest ta’ (u preċiżament minħabba) parteċipazzjoni f’miżura agriambjentali fis-sens tad-dispożizzjoni msemmija iktar ’il fuq?
3)
Ir-rikonoxximent ta’ ċirkustanzi li jammontaw għal każ ta’ tbatija fis-sens tal-Artikolu 40(5) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2993, huwa suġġett għall-fatt li l-bidwi applikant huwa wkoll dak li pproċeda għall-konverżjoni, jew jista’ bidwi ieħor li “jassumi” sussegwentement il-miżura agriambjentali, isostni b’suċċess ċirkustanzi li jammontaw għal każ ta’ tbatija?
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2993 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001, (ĠU L 270).
Full & Egal Universal Law Academy