1.8.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 180/25
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichts Schwerin (Il-Ġermanja) fl-4 ta’ Mejju 2009 — Agrargut Bäbelin GmbH & Co KG vs Amt für Landwirtschaft Bützow
(Kawża C-153/09)
2009/C 180/42
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgericht Schwerin.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Agrargut Bäbelin GmbH & Co KG.
Konvenuta: Amt für Landwirtschaft Bützow.
Domandi preliminari
1)
Bidwi huwa pprojbit milli jattiva drittijiet ibbażati fuq mergħa permanenti jekk huwa, qabel dan, ma jkunx attiva d-drittijiet għall-ħlas kollha bbażati fuq is-serħan tar-raba’, anki jekk huwa ma għandu l-ebda art oħra li tinħadem eliġibbli għall-għajnuna għas-serħan tar-raba’?
2)
Is-sanzjonijiet previsti fl-Artikolu 51 tar-Regolament (KE) Nru 796/2004 (1) japplikaw ukoll għal bidwi li, qabel id-29 ta’ Diċembru 2006 (meta ma kellux art eliġibbli għall-għajnuna għas-serħan tar-raba’) kiser l-obbligu li, qabel, jattiva totalment id-drittijiet għall-ħlas ibbażati fuq is-serħan tar-raba’?
(1) ĠU L 141, p. 18
Full & Egal Universal Law Academy