4.7.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 153/28
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Symvoulio tis Epikrateias (il-Greċja) fit-8 ta’ Mejju 2009 — Ioannis Katsivardas — Nikolaos Tsitsikas O.E. vs Ypourgos Oikonomikon
(Kawża C-160/09)
2009/C 153/53
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Qorti tar-rinviju
Symvoulio tis Epikrateias.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ioannis Katsivardas — Nikolaos Tsitsikas O.E.
Konvenuti: Ypourgos Oikonomikon.
Domanda preliminari
Individwu (importatur importanti tal-banana mill-Ekwador) li qed jitlob li jingħata rifużjoni tad-dazju tas-sisa interna, meqjusa minnu li tħallset indebitament, jista’, quddiem qorti nazzjonali, jinvoka l-fatt li l-leġiżlazzjoni fiskali nazzjonali (Artikolu 7 tal-Liġi Ellenika Nru 1798/1988, kif emendata bl-Artikolu 10 tal-Liġi Ellenika Nru 14/1990) hija inkompatibbli mal-Artikolu 4 tal-Ftehim konkluż fl-1984 bejn, minn naħa, il-Komunità Ekonomika Ewropea u, min-naħa l-oħra, il-Ftehim ta’ Kartaġena u l-pajjiżi membri tiegħu, kif approvat bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1591/84 (1)?
(1) ĠU L 153, 8.6.1984, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy