4.7.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 153/29
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) (Ir-Renju Unit) fit-8 ta’ Mejju 2009 — Secretary of State for Work and Pensions vs Taous Lassal
(Kawża C-162/09)
2009/C 153/55
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Secretary of State for Work and pensions
Konvenuta: Taous Lassal
Domandi preliminari
1)
F’ċirkustanzi fejn (i) ċittadina tal-UE waslet fir-Renju Unit f’Settembru 1999 bħala ħaddiema u baqgħet hemm bħala ħaddiema sa Frar 2005 (ii) iċ-ċittadina tal-UE umbgħad telqet mir-Renju Unit u rritornat fl-Istat Membru li hija ċittadina tiegħu għal perijodu ta’ 10 xhur (iii) iċ-ċittadina tal-UE rritornat fir-Renju Unit f’Diċembru 2005 u rresediet hemmhekk b’mod kontinwu sa Novembru 2006, meta ressqet talba għal assistenza soċjali:
L-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2004/38 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jagħti lil dik iċ-ċittadina tal-UE dritt ta’ residenza permanenti minħabba l-fatt li hija kienet legalment residenti, skont strumenti tad-dritt Komunitarju preċedenti li jagħtu dritt ta’ residenza lil ħaddiema, għal perijodu kontinwu ta’ ħames snin li ntemm qabel it-30 ta’ April 2006 (id-data sa meta l-Istati Membri kellhom jittrasponu d-Direttiva)?
Full & Egal Universal Law Academy