15.8.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 193/3
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Raad van State (L-Olanda) fil-11 ta’ Mejju 2009 — Stichting Natuur en Milieu, Stichting Zuid-Hollandse Milieufederatie, Stichting Greenpeace Nederland, Vereniging van Verontruste Burgers van Voorne vs Gedeputeerde Staten van Zuid-Holland; intervenjenti: Electrabel Nederland NV u Burgemeester en Wethouders Rotterdam
(Kawża C-166/09)
2009/C 193/03
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Raad van State
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Stichting Natuur en Milieu, Stichting Zuid-Hollandse Milieufederatie, Stichting Greenpeace Nederland, Vereniging van Verontruste Burgers van Voorne
Konvenuta: Gedeputeerde Staten van Zuid-Holland
Intervenjenti: Electrabel Nederland NV u Burgemeester en Wethouders Rotterdam
Domandi preliminari
1)
L-obbligu ta’ interpretazzjoni konformi mad-direttivi jimplika li l-obbligi tad-Direttiva 2008/1/KE (1) dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġiż, kif trasposti fil-Wet Milieubeheer, jistgħu u għandhom jiġu interpretati li jfissru li, fid-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għall-permess ambjentali, il-livell nazzjonali massimu ta’ emissjonijiet SO2 u NOx stabbilit mid-Direttiva 2001/81/KE (2) dwar il-livelli nazzjonali massimi tal-emissjonijiet ta’ ċerti inkwinanti atmosferiċi (iktar ’il quddiem, id-“Direttiva LNME”) għandu jiġi kkunsidrat, b’mod partikolari fir-rigward tal-obbligi taħt l-Artikolu 9(4) tad-Direttiva 2008/1/KE?
2)
(a)
L-obbligu li Stat Membru jastjeni milli jadotta miżuri li jistgħu jtellfu r-riżultat stabbilit minn direttiva japplika wkoll waqt il-perijodu mis-27 ta’ Novembru 2002 sal-31 ta’ Diċembru 2010, kif stabbilit fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva LNME?
(b)
F’każ li l-livell nazzjonali massimu ta’ emissjonijiet SO2 u/jew NOx stabbilit mid-Direttiva LNME jinqabeż, jew jekk hemm riskju li fl-aħħar ta’ dan il-perijodu dan jinqabeż, l-obbligi pożittivi huma, waqt il-perijodu rilevanti mis-27 ta’ Novembru 2002 sal-31 ta’ Diċembru 2010, b’mod paralleli mal-imsemmi obbligu li jastjeni, jew minfloku, ir-responsabbiltà tal-Istat Membru kkonċernat?
(ċ)
Fir-risposti għad-domandi 2(a) u 2(b), huwa sinjifikattiv li applikazzjoni għal permess ambjentali għal impjant li jikkontribwixxi sabiex il-livell nazzjonali massimu ta’ emissjoni SO2 u/jew NOx stabbilit mid-Direttiva LNME jinqabeż jew ikun hemm ir-riskju li jinqabeż, tindika li l-impjant sejjer jopera mhux iktar kmieni mis-sena 2011?
3)
(a)
L-obbligi msemmija fid-domanda 2 jimplikaw li, fin-nuqqas ta’ garanziji li l-impjant li għalih intalab permess ambjentali mhux sejjer jikkontribwixxi sabiex il-livell nazzjonali massimu ta’ emissjoni SO2 u/jew NOx stabbilit mid-Direttiva LNME jinqabeż jew ikun hemm riskju li jinqabeż, l-Istat Membru għandu jirrifjuta l-applikazzjoni għal permess ambjentali jew li jinkludi iktar kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet mal-applikazzjoni? Fir-risposta ta’ din id-domanda, huwa sinjifikattiv kemm l-impjant jikkontribwixxi sabiex il-livell massimu ta’ emissjonijiet sejjer jinqabeż jew hemmx ir-riskju li huwa jinqabeż?
(b)
Jew id-Direttiva LNME timplika li, meta l-livell nazzjonali massimu ta’ emissjoni SO2 u/jew NOx jinqabeż jew hemm ir-riskju li jinqabeż, Stat Membru għandu wkoll id-diskrezzjoni li jikseb ir-riżultat stabbilit fid-Direttiva, mhux billi jirrifjuta l-permess jew li jissuġġetta l-permess għal iktar kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet, iżda billi jadotta miżuri oħra bħalma huma forom oħra ta’ kumpens?
4)
Meta l-obbligi msemmija fid-domandi 2 u 3 huma tal-Istat Membru, jista’ individwu privat iressaq il-kwistjoni ta’ konformità ma’ dawn l-obbligi quddiem qorti nazzjonali?
5)
(a)
Jista’ individwu juża direttament l-Artikolu 4 tad-Direttiva LNME?
(b)
Jekk iva, dan huwa possibbli li jsir mis-27 ta’ Novembru 2002 jew biss mill-31 ta’ Diċembru 2010? Huwa sinjifikattiv, għar-risposta ta’ din id-domanda, li l-applikazzjoni għal permess ambjentali jindika li l-impjant sejjer jopera mhux iktar kmieni fis-sena 2011?
6)
B’mod partikolari, jekk l-għoti ta’ permess ambjentali u/jew miżuri oħra, jikkontribwixxi sabiex il-livell nazzjonali massimu ta’ emissjoni SO2 u/jew NOx fid-Direttiva LNME jinqabeż jew hemm ir-riskju li jinqabeż, jista’ individwu, abbażi tal-Artikolu 4 ta’ dik id-direttiva:
a)
isostni b’mod ġenerali li l-Istat Membru kkonċernat għandu jadotta pakkett ta’ miżuri li, mhux iktar tard mill-2010, jillimitaw l-emissjonijiet nazzjonali annwali tal-SO2 u tan-NOx għal ammonti mhux ikbar mil-livell nazzjonali massimu ta’ emissjoni stabbilit fid-Direttiva LNME, jew, jekk dan ma jirnexxix, pakkett ta’ miżuri li jillimita dawn l-ammonti ta’ emissjonijiet mill-iktar fis possibbli?
b)
isostni b’mod speċifiku li l-Istat Membru kkonċernat għandu jadotta miżuri speċifiċi fir-rigward ta’ impjant individwali — pereżempju, billi jirrifjuta permess jew li jissuġġetta l-permess għal iktar kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet — li, mhux iktar tard mill-2010, jikkontribwixxu sabiex jillimitaw l-emissjonijiet nazzjonali annwali tal-SO2 u tan-NOx għal ammonti mhux ikbar mil-livell massimu stabbilit fid-Direttiva LNME, jew, jekk dan ma jirnexxix, miżuri speċifiċi li jikkontribwixxu sabiex jillimitaw l-emissjonijiet għal dawk l-ammonti mill-iktar fis possibbli?
c)
Huwa sinjifikattiv, fir-risposta għad-domandi 6(a) u 6(b), kemm l-impjant jikkontribwixxi sabiex il-livell massimu ta’ emissjoni jinqabeż jew li hemm riskju li jinqabeż?
(1) Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġiż (Verżjoni kodifikata) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 24, 29.1.2008, p.8)
(2) Direttiva 2001/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2001 dwar il-livelli nazzjonali massimi tal-emissjonijiet ta’ ċerti inkwinanti atmosferiċi (ĠU L 309, 27.11.2001, p. 22)
Full & Egal Universal Law Academy