18.7.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 167/5
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Milano fit-12 ta’ Mejju 2009 — Flos SpA vs Semeraro Casa e Famiglia SpA
(Kawża C-168/09)
2009/C 167/08
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Milano
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Flos SpA.
Konvenuta: Semeraro Casa e Famiglia SpA.
Domandi preliminari
1)
L-Artikoli 17 u 19 tad-Direttiva Nru 98/71/KE (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li, abbażi ta’ liġi nazzjonali ta’ Stat Membru li — bis-saħħa ta’ tali direttiva — introduċa fis-sistema legali tiegħu l-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur għad-disinni u l-mudelli, il-possibbiltà mogħtija lil dan l-Istat Membru li jiddetermina b’mod awtonomu l-portata tal-protezzjoni u l-kundizjonijiet li fihom din tingħata tista’ tinkludi wkoll l-esklużjoni tal-protezzjoni stess fir-rigward ta’ disinni u mudelli li — minkejja li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti għall-protezzjoni stabbilita mid-drittijiet tal-awtur — kellhom ikunu kkunsidrati bħala li jaqgħu taħt id-dominju pubbliku qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet legali li introduċew fis-sistema legali interna l-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur għad-disinni u l-mudelli, inkwantu dawn qatt ma kienu ġew irreġistrati bħala disinni jew mudelli jew inkwantu r-reġistrazzjoni relatata kienet diġà skadiet?
2)
Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda, l-Artikoli 17 u 19 tad-Direttiva Nru 98/71/KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li, abbażi ta’ liġi nazzjonali ta’ Stat Membru li — bis-saħħa ta’ tali direttiva — introduċa fis-sistema legali tiegħu l-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur għad-disinni u l-mudelli, il-possibbiltà mogħtija lil dan l-Istat Membru li jiddetermina b’mod awtonomu l-portata tal-protezzjoni u l-kundizjonijiet li fihom din tingħata tista’ tinkludi wkoll l-esklużjoni tal-protezzjoni stess fir-rigward ta’ disinni u mudelli li — minkejja li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti għall-protezzjoni stabbilita mid-drittijiet tal-awtur — kellhom ikunu kkunsidrati bħala li jaqgħu taħt id-dominju pubbliku qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet legali li introduċew fis-sistema legali interna l-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur għad-disinni u l-mudelli u fejn terza persuna — mhux awtorizzata mill-proprjetarju tad-drittijiet tal-awtur fuq tali disinni u mudelli — kienet diġà mmanifatturat u kkummerċjalizzat f’dak l-Istat prodotti magħmulin skont dawn id-disinni u mudelli?
3)
Fil-każ ta’ risposta negattiva għat-tieni u t-tielet domandi, l-Artikoli 17 u 19 tad-Direttiva Nru 98/71/KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li, abbażi ta’ liġi nazzjonali ta’ Stat Membru li — bis-saħħa ta’ tali direttiva — introduċa fis-sistema legali tiegħu l-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur għad-disinni u l-mudelli, il-possibbiltà mogħtija lil dan l-Istat Membru li jiddetermina b’mod awtonomu l-portata tal-protezzjoni u l-kundizjonijiet li fihom din tingħata tista’ tinkludi wkoll l-esklużjoni tal-protezzjoni stess fir-rigward ta’ disinni u mudelli li — minkejja li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti għall-protezzjoni stabbilita mid-drittijiet tal-awtur — kellhom ikunu kkunsidrati bħala li jaqgħu taħt id-dominju pubbliku qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet legali li introduċew fis-sistema legali interna l-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur għad- disinni u l-mudelli u fejn terza persuna — mhux awtorizzata mill-proprjetarju tad-drittijiet tal-awtur fuq tali disinni u mudelli — kienet diġà mmanifatturat u kkummerċjalizzat f’ dak l-Istat prodotti magħmulin skont dawn id-disinni u mudelli, fejn tali esklużjoni hija determinata għal perijodu sostanzjali (ekwivalenti għal għaxar snin).
(1) ĠU L 289, p. 28
Full & Egal Universal Law Academy