18.7.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 167/5
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Polonja
(Kawża C-172/09)
2009/C 167/09
Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Dejmek u K. Gawlik)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja
Talbiet tar-rikorrenti
—
tiddikjara li billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji kollha sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (1), jew, f’kull każ, billi ma nnotifikathomx lill-Kummissjoni, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.
—
tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu sabiex id-Direttiva 2005/60/KE tiġi trasposta fid-dritt nazzjonali skada fil-15 ta’ Diċembru 2007. Issa, fid-data tal-preżentata ta’ dan ir-rikors, il-konvenuta kienet għadha ma adottatx il-miżuri neċessarji kollha sabiex tittrasponi d-direttiva fid-dritt nazzjonali jew, f’kull każ, kienet għadha ma nnotifikathomx lill-Kummissjoni.
(1) ĠU L 309, p. 15
Full & Egal Universal Law Academy